Jekk Ngħidlek.
Jekk ngħidlek li qed naħseb
fik
Tqum maltempata
Bħan-nar tat-tiben
Li ma jnajjarx.
Jekk għad tasal biex
tirrendi
Jispiċċa l-biża’ kollu
U d-dubbji bħal-ħitan
tas-sejjieħ
Jibqa’ biss tregħid il-ġisem
Li jirrakkonta.
Jekk noqgħod inċempillek
il-ħin kollu
Int tgħid li jien ossessjonat
Inkella fuq il=perċa
tal-għasafar
Lest biex intir.
Alfred Grech
289/08/2020.
No comments:
Post a Comment