Ma Nafx.
Ma nafx ikunx aħjar ninħela
Nisma’ kliem li ma rridx
nisma’
Nittieħed fejn ma rridx
F’dil-mixja li ma twassal
għal-imkien
Bit-tama li l-ħin jgħaddi
U nsibek għad x’imkien
Inkella fil-ħemda ta’ ruħ li
tgħallmet tisgħar
U taqra s-skiet ma kull tektika
Nistħajjel li l-ħin waqaf.
Ma nafx jekk niffissax
Fil-fond ta’ ħbub għajnejk
Fil-ħmura tax-xemx nieżla
fuq ħaddejk
U l-bjuda bla tebgħa ta’
ġismek
Inkella noqgħod nisgħar u
nistenna
’l-xi kewkba li se taqa’
biex nilqagħha
Fil-lejl ta’ San Lawrernz.
Xħin negħreq imbagħad fil-baħar
Fietel tas-solitudni l-eda
riħ ma jonfoħ
U l-ebda mewġ ma jmewweġ
U l-ebda ħoss. . .
Xejn
Għajr ix-xewqa li l-ħin
jieqaf.
Alfred Grech
24/08/2020.
No comments:
Post a Comment