Lil Tessie.
Niġġerra wrajk bħal tfajjel
wara l-friefet
U int daħkana għax taf li
mhux se naqbdek.
Kull meta fuq l-iskrin jien
nilmaħ wiċċek
Nistħajjel hemm stedina
fit-tbissima.
Iżda, fuq sfond bħal dan
tan-narrattiva
Imnaqqax hemm ix-xefaq ta’
li nafu,
Li jien u int xi darba għad
niltaqgħu
X’imkien f’dan l-univers
hemm it-tweġiba
Tirbombja għal kull sejjħa
li nagħmillek.
Alfred Grech
24/08/2020.
No comments:
Post a Comment