F’Dawk Il-Waqtiet.
F’dawk il-waqtiet
Xħin kollox jidher ta’ taħt
fuq
Mhux lakemm iġġonġi t-truf
U tgħaqqad żewġt iġnub.
Tisma’ biss xi serduq jidden
Jew il-ħoss ta’ xi ċuqlajta.
Aktarx li ridt noqgħod fuq
l-ogħla xifer
Biex nuri lil kulħadd kemm
jien ta’ ħila
U nibda ngħodd in-nemel
Miexi purċissjoni fejn
kulħadd jimmira
Fejn se jasal bir-riħa ta’
ħaddieħor.
Hekk sewwa li fl-għabex ta’
dak kollu
Li jintesa jegħleb is-swied
il-qalb
U xħin saħħa ma jibqagħlix
Nibda għaddej minn
ġol-ħitan.
Alfred Grech
10/08/2020.
No comments:
Post a Comment