Dakinhar.
Dakinhar li d-dinja kienet
iżgħar
Aħna konna anqas mgħobbijin
Bit-toqol ta’ dak kollu li
kellna
Ngħaddu minnu.
Dakinhar meta kollox kien kien
jinftiehem
U l-kbir kien għadu ġej
Konna ngħixu fl-istennija ta’
xi ħrafa
U kellna l-kurżita’ li
jisbaħ l-għada.
Dakinhar kien aktar ħieles
Il-kliem li konna ntennu
U moħħna kien aktar ċar
Konna għadna nintonaw
l-antifona
Tal-qaddisin
U nżommu t-temp mal-marċ
U l-bqija.
Dakinhar konna naħsbu li hemm
Xi ħaġa lilhinn mix-xefaq
U konna nistennew is-siparju
Se jinfetsaħ
Dakinhar kien hemm sorpriża.
Alfred Grech
03/08/2020.
No comments:
Post a Comment