Kull Meta Narak Ġejja.
Dan huwa ħeden il-ferħ
Ta’ molekuli li jiżżersqu
Fiż-żurżieqa tan-newroni
Kull meta nara lilek ġejja
Splużżjoni ta’ xi supernova
Kull pass li tagħmel
U meta tersaq lejja
Intir fuq l-ogħla sħaba.
Hemm ħafna ħwejjeġ li qatt
Ma kellhom jiġru
U ħafna ħwejjeġ li misshom
waqqfu.
Jiena u int illum tifkira
ħajja
Ta’ dak li darba kien
Issa li ma nistgħux nerġgħu
lura
Jien xorta waħda għadni
nfittex
Il-beraħ li tifrixli
Sabiex għad xi darba nsib
Il-Għala għadni hawn
nistaqsi.
Alfred Grech
05/08/2020.
No comments:
Post a Comment