Thursday, 20 August 2020

 The Case for Melancholy - The New York Times

Weħidha Toħroġ.

 

Weħidha toħroġ it-tnehida

Bla tqanżih u mingħajr sforz

Weħidha l-leħħa ta’ berqa

Li tolqot l-ispirtu fil-laħam il-ħaj.

 

L’aqwa li tkun taf li int tassew

U mhux qed toħlom

U lanqas qed tinġarr mill-ħamla.

 

L-aqwa li ssib ruħek għall irwieħ

Fid-dell ta’ dan ir-razzett

Li għandu mnejn isir

Is-sur tiegħek.

 

Alfred Grech

20/08/2020.

Wednesday, 19 August 2020

 Un homme révolté - Le Zèbre

Ma Jibqa’ Xejn.

 

Ma jibqa’ xejn biex issir magna

Jibqagħlek biss li żżomm il-ħin,

U trid iżżomm ukoll l-appuntamenti

U wieħed minnhom tkun: il-magħżulin.

 

Ma jibqa’ xejn biex issir magna

Żomm r-rutina ta’ kuljum

Trid tobdi u tinsa’ l-int ribelli

Għaliex malajr jgħadduk  b’miġnun.

 

Alfred Grech

19/08/2020

 

When T. S. Eliot Rejected “Animal Farm”ż

Għandu Mnejn.

 

Issa għandu mnejn li dawn il-filistej

Jfdtħu ftit għajnejhom

U jintebħu li l-qilla tal-allat

Mhux biss fis-sema qiegħda

Iżda ekda fl-art

U tinsab tiġġerra qalb in-nemel

U qalb il-bnedmin

 

U għandu mnejn

Li jkun aħjar li jagħmlu bħal bebbuxux

Jirtiraw l-antenna

U jidħlu ġo qoxrithom

U jieqfu bin nies jidħku

U jiġru wara l-loqom.

 

U għandu mnejn li dawn il-filistej

Li ħasbu jistħu jibqgħu jgħaddu

Iż-żmien bin-nies

Jintebħu bill-ħsara kbira

U s-saħta li ġabu fuq kullħadd

Li dak kollu kien duħħan

U li fl-aħħar mill-aħħar

Imqar il-merħla nagħaġ l-aktar ġwejjda

tirvilla.

 

Alfred Grech

19/08/2020

 

 Sunset at Dwejra – visitgozo.com

Għaliex Ma ntfajniex Qabel?

 

Għaliex ma ntfajniex qabel

Fil-baħar ta’ skiet mielaħ

F’dal mewġ li jħabbat f’wiċċna

Li rrimettejna l-bieraħ?

 

Għaliex ma ntfajniex qabel

U nsejna kull kliem fieragħ?

Għar-riħ irħejna rwieħna

Mal-petali tal-bieraħ,

 

Inkella tirna fl-ajru

Mat-tajr ta’ dil-kuntrada

U l-friefet li jixxejjru

Mingħajr ma jaħsbu fl-għada.

 

Mal granċijiet jixirfu

Mit-toqob mistoħbija

Tal-blat li qed jittewweb

Il-ħemda ta’ ruħ tishar.

 

Għalfejn ma ntfajniex qabel

Fi nżul ix-xema imdemmi

Fis-sliem li qed jirbombja

Fil-vrus tal-kliem imsemmi.

 

Alfred Grech

19/08/2020.

 When T. S. Eliot Rejected “Animal Farm”

Għandu Mnejn.

 

Issa għandu mnejn li dawn il-filistej

Jfdtħu ftit għajnejhom

U jintebħu li l-qilla tal-allat

Mhux biss fis-sema qiegħda

Iżda ekda fl-art

U tinsab tiġġerra qalb in-nemel

U qalb il-bnedmin

 

U għandu mnejn

Li jkun aħjar li jagħmlu bħal bebbuxux

Jirtiraw l-antenna

U jidħlu ġo qoxrithom

U jieqfu bin nies jidħku

U jiġru wara l-loqom.

 

U għandu mnejn li dawn il-filistej

Li ħasbu jistħu jibqgħu jgħaddu

Iż-żmien bin-nies

Jintebħu bill-ħsara kbira

U s-saħta li ġabu fuq kullħadd

Li dak kollu kien duħħan

U li fl-aħħar mill-aħħar

Imqar il-merħla nagħaġ l-aktar ġwejjda

tirvilla.

 

Alfred Grech

19/08/2020

 

Tuesday, 18 August 2020

 NEW REPORT: Union Political Spending - a Web of Corruption - RI Center for  Freedom and Prosperity

Ejja Nqumu Fuq Saqajna.

 

Kif serqulna u kif ħarbtulna

Dan pajjiżna hekk ħanin

Biex ġo darna u ġo ħwejjiġna

Sirna qisna l-barranin.

 

Ejja nquma fuq saqajna

Dan imqar jekk qatt ma nġbarna

Nafu nqanqlu fidi ġdida

Nispiċċaw fejn qatt ma bsarna.

 

Ejja nqumu fuq saqajna

U nneħħuhom minn hemmhekk

Għaliex lilna jixirqilna

Ħafna żgur, aħjar minn hekk.

 

Għamlu mandra, għamlu miżbla

Nistħu ngħidu l’huma magħna

Ir-ruħ tagħna, l-mod kif ngħixu

U dak kollu li hu tagħna.

 

Jista’ jkun li għad nintradmu

Għax il-brimba laħqet niżġet

Għanqbut kbir ninn-naħħa s’oħra

U l-qarnita bil-wisq kibret.

 

Alfred Grech

18.08/2020

 

Monday, 17 August 2020

 The Celestial Charioteer: Helios - Kevin Kihn - Paintings & Prints, Fantasy  & Mythology, Other Fantasy & Mythology - ArtPal

Ma Ridtx Inkun.

 

Ma ridtx inkun

Biċċa mill-pajżaġġ tiegħek

Dettall fin-niżġa

Li tinħadem tul il-jum

Biex matul il-lejl tinfetaq.

Għax id-dewmien li ħadt biex ġejt f’sensija

Jissarraf f’teptip ta’ kwiekeb

Fi sferi ta’dinjiet oħra.

Int wild l-eternita’

Iżda waħdek għad tintebaħ

X’ridt infisser

Xħin tilmaħni nerġa’ lura

Minn ġos-sħab

Fuq karru tal-fidda.

 

Alfred Grech

17.08.2020