Diffiċli Tqum Filgħodu.
Diffiċli tqum
filgħodu
Biex tkompli fejn
ħallejt,
Għaddejna minn
triq oħra
U dorna dawra
mejt.
Għax fejn ħallejt
trid tkompli
U ma tibdiex
mill-ġdid,
Għax ma kull min
tiltaqa’
Ifakkrek bla ma
trid.
Ma tafx għaliex
il-biża’
U lanqas
it-twerwir,
Tal-jum li għadu
jibda’
Fid-dwejjaq u
t-twegħir.
Xi ħadd irid għad
jgħidlek
Kif taħrab
it-taħwid
Ta’ din il-kobba
mħabbla,
Fejn m’inti qatt
is-sid.
Alfred Grech
28/10/2016
No comments:
Post a Comment