Indumu Biex Nintebħu.
Indumu biex
nintebħu
Li dawn qed
jidħku bina,
Għallmuna lkoll
kif naħsbu
Għallmuna wkoll
duttrina.
Għallmuna xhinu
s-sewwa,
Rigal tal-ubbidjenza
Għalmuna nikkompetu
U nagħmlu
d-differenza.
Għalmuna wkoll
kif naħtfu
U nħarrbtu wirt
ħaddieħor,
Sejjħuli dan negozju;
‘kk mhux serq
dan, xi jkun l-ieħor?
Indumu biex
nintebħu
Li rridu mmorru
lura
Nibdew bil-kontra
naħsbu
Ukoll jekk ma
fihx sura.
Nibdew indawwru
kontra,
Noħorġu minn
ġol-kaxxa,
U t-tyorri li fih
konna
Malajr fix-xejn
jisfaxxa.
Ħa jħarsu lejna
bl-ikraħ
Daqskieku ereżjarki
Minn tagħhom xejn
rridu
U lanqas bżonn
il-marki.
Alfred Grech
26/10/2016
No comments:
Post a Comment