Fejn Int Poeta tal-Kadenzi Mżewwqa.
“Fliema vers se
teħodni miegħek . . .” (Tarcisio Zarb)
Fejn int poeta
tal-kadenzi mżewwqa
Li tpinġi l-qawwa
mnebbħa tal-misteri
Bl-ilwien
evanexxenti tal-qawsalla
U tagħmel ħwejjeġ
faċli mid-diffiċli?
Fejn int poeta ta’
mitt elf kadenza,
Li ttenni r-ritmi
ta’ natura mqanqla
Fl-ilsien
tal-beraq jew tar-riħ li jvenven,
Inkella fit-tħaxwix
tal-weraq niexef?
Fejn int għannej,
li ssoltu tgħanni l-għanja
Ma tlugħ ix-xemx
taħt sema nkandexxenti,
Li tpespes
bħall-għasafar xħin jistembħu
Fil-girja biex
kull wieħed jasal l-ewwel?
Poeta ta’ kull
lewn u tal-qawsalli,
Idejk mattarli
ftit biex leħħa tkebbes,
Għax xrara jiena
rrid u nerġa’ nibda
Imżewwaq il-burdati
bil-qawsalli.
Alfred Grech
01/10/2016
No comments:
Post a Comment