Tuesday, 18 October 2016


Trid Tħarrek Wiċċ il-Baħar.

Trid tħarrek wiċċ il-baħar
bil-mesġa ta’ subgħajk,
u l-ħafna kliem li jqanqal
sad-dell li hemm warajk.

Ir-ritmu l’aħna qbadna
mhuwiex dak ta’kuljum,
tal-melodija friska
tal-ferħ fil-qalb miżmum.

Xi ftit jew wisq jibqgħalna
fuq xefaq iffullat
l-għazliet ta’ żewġ namrati
f’ġejjieni mmakulat.

Ma rridx inħoll ir-ritmu
ta’ ħżus li ma narax,
ta’ dak li seta’ ġara
ta’ dak  li naqrax.

Għax forsi ntlift għall-kollox,
għax forsi wkoll salvajt,
u forsi tista’ taħrab
il-ħofor fejn waqajt.

Alfred Grech

19-10-2016

No comments:

Post a Comment