Tittappan Fik Tamieti.
Tittappan fik
tamieti
Bħal meta tieħu
skoss,
Għax tlift
il-kopertura
Ma bqajtx kif
kont għar-rdoss.
Bħal meta tieqaf
f’daqqa
Tektika tal-arloġġ
U magħha tieqaf
qalbi,
Xħin tħabbat
bdiet bl-addoċċ.
Xħin tiċħad il-ġejjieni,
Xi ħaġa li
bassart,
Jien ma nilgħabx
bid-dadi
Kull meta jaqgħu
fl-art.
Bħal meta tilgħab
inti,
Għax inti tirbaħ
żgur,
Il-profeziji
tiegħek
Iseħħu kull ma
jmur.
Jien ma nilgħabx
bid-dadi,
Għaliex kull punt
ta’ tluq
Sar issa wkoll
possibbli
Ma kull kurrent
misjuq.
Alfred Grech
14/10/2016
No comments:
Post a Comment