Kont Ngħanni.
Kont ngħanni,
ħaduli l-arpa,
Kont nikteb u
tlift il-pinna. . . .
Ma niftehmux U lanqas
qatt ma konna.
Kont tkellimni u
qtajt it-telefon.
Kellna niltaqgħu
U rajtek ma
ħaddieħor.
Kull mistoqsija
qed taħraqni:
Min jaf fejn
mort?
Min jafa fejn
kont?
Kemm domt ma ġejt?
Jien għadni hawn!
Inti tgħandek ħabta
ttir bħall-friefet
Il-warda tkunlekbis ta’ skuża.
Kliemek jinfed
id-dlam
U l-qaws maqsum
fi tnejn.
Il-ġlied
sax-xatba wasal
U int għadek ma ġejtx.
Weġibtek għal
kull mistoqsija
Imbagħad
ħallejtni għama tiela’ t-taraġ
Fellus li għadu
ħiereġ minn ġol-fosdqa,
Niġġerra mal-wesgħat
u lilek ma rajtekx.
Alfred Grech
24/09/2011.
No comments:
Post a Comment