Friday, 21 October 2016


Taħt Sema Mdellel.

Taħt sema mdellel jibki lilu nnifsu,
Intennu kliem li lilna jagħmel ħsara,
Fuq bjut is-swar ta’ djar li jrossu fihom,
Il-fosdqa ta’ tamiet mimlija ħrara.

Le mhux bużżieqa vakwum ta’ morali
Li lanqas tagħmel sens għax mhix pruvata
Biex terġa’ u tgħid xi darba kelli għażla
U bqajt ġo din il-pjazza jekk iffullata.

F’dan l-univers li jittraskura l-bniedem,
L-uġigħ, id-dwejjaq, qsima il-qalb u piena,
Imqarr jekk niġi mgħallem biex nilagħabha,
Dil-logħobha mhix il-logħoba li naf jiena.

Alfred Grech.

21/10/2016.

No comments:

Post a Comment