Qalb Din L-Ambigwita’ fejn trid Tirfani.
Qalb din
l-ambigwita’ fejn trid titfagħani
Inkun dak
il-ġullar li beda jaħseb,
Inkun dak it-tellief
li qatt ma stenbaħ
Ilsir tat-tqanqiliet
mingħajr konfini.
Int tilgħab din
il-logħoba tal-mixtieqa,
Inkella ta’ xi
vittma trid l-għajununa,
Tikxifli ċ-ċikatriċi
u tbenġil ieħor,
U tgħidli li sirt
anġlu xħin serraħtek.
U tibda tuża’
l-għamad tal-qdusija
Għalkemm hemm
taħt l-ilbies is-seduzzjoni,
U qatt ma taf
eżatt fejn inti miegħek
Qalb din
l-ambigwita’ li tfajtni fiha.
U tħalli l-bieb
miftuħ għal min jaqbillek
U tagħlaq u
tinbarra xħin jiftillek,
U toqgħod
tistennieni niġi nħabbat
U tirbaħ int għax
għandek aktar sabar.
Alfred Grech
12/12/2016.
No comments:
Post a Comment