Wara L-Ewwel Kolp.
Wara l-ewwel kolp
issibek qiegħed togħodos
U d-dlam li
jgħaddi minn quddiemek
Hu biss il-mossa
f’waqtha
Biex terġa’ tiġi
f’sikktek.
Jien naf li minn
daqqiet nitbiegħed sew mill-mewġa
Li wasslitni fejn
kelli nasal
U nidħol pront
fis-skiet
T’għerien
id-dlamijiet ta’ dari.
Tistħajjek rieġa
nieżel bħal Orfew fl-infern
Tfittex lil
Euridiċe,
U terġa’
mill-ġdid titla’ biex titlifha
Xħin tasal
fil-wiċċ.
Għalhekk
dil-ħolma tturmentata sejra tibqa’ tirritorna
Sakemm indum f’sensija.
Alfred Grech
07/10/2016
No comments:
Post a Comment