Waqfet il-Ferrovija.
Il-ferrovija waqfet,
Xort’oħra tkompli
l-ġrajja,
Jien ġejt, eġpajt,
f’sensija,
Dan hu stazzjon
tal-ħajja.
Iżda:
Ħallejtlek dawn
il-versi
Xi ftit tal-poeżija
Jagħmlulek kumpanija
Bħal wens ta’
filgħaxija
Biex taħseb xi
ftit fija
F’dawk sninek
l-imgħoddija
Xħin ħajjtek
wiegħedt għalija
Ħallejt malinkonija
Għax issa ma
ħaddieħor.
Ħallejtlek dawn
il-versi
Xħin waħdek, tiftakar
Ħaddieħor jiftaħar
Mingħajrhom tiftaqar
Fid-dwejjaq
tinsatar
Xħin f’darek
tinġabar
Fil-ħin li tistabar
U terġa’
titkattar
It-tama ġo fik.
F’dil-ħolma
qasira
Kien sew kieku bqajna
Quddiemna kull
mira
Ninsew ta’
warajna.
Iżd’issa żmien ma
baqgħalniex sabiex noħolmu.
Alfred Grech
21-09-2011
No comments:
Post a Comment