Hekk Biss Jien Nista’
Nirbaħ.
Hekk biss jien nista’ nirbaħ
Xħin nitlef din is-sura,
Is-sens ta’ ħtija jikber,
F’min mar u reġa’
lura.
Hekk biss jien
nista’ nirbaħ
Xħin nitlef din
ix-xbieha
U nkun qed ngħix
ħajj’oħra
F’burdata li nqum
biha.
Xħin jiena kollox
nitlef
U niġi nitlob
ħniena,
Irbaħt ukoll
id-dinja
U sirt dak li
mhux jiena.
Bħal nemlu
jgerrem ġebla
Bla xejn ma
nippretendi,
U lura qatt ma nħares
Sakemm għad din
tirrendi.
U jekk xi ħadd jistaqsi
Dwar dak li
nemmen jiena,
Araw fejn tmur
tistaħba,
Ix-xemx xħin tkun
għajjiena.
Alfred Grech
14/01/2016
No comments:
Post a Comment