Wednesday, 19 October 2016


Il-Baħar Ta’Bla Xefaq.

Ja kewkba tiddi fuq pajżaġġ imtarraf,
Jien nidħol ngħum fil-baħar fietel tiegħek,
Fid-dlam ta’ lejl bla qamar jirrifletti
Il-qtiegħ il-qalb, il-baħħ tal-eżistenza,
Xħin lanqas int ma twieġeb.

Jien niġi nfittxek kull xħin nisma’ d-diwi
Tal-Għana li jfakkarni fis-sireni,
U nibqa’ ’l-quddiem miexi bla ma nieqaf,
Għaliex minn dan il-baħar mhux ser noħroġ:
Il-baħar ta’ bla xefaq.

Alfred Grech

20/10/2016 

No comments:

Post a Comment