Wednesday, 19 October 2016



Lanqas Naf.

Lanqas naf għaliex bdejt nikteb
Dawn il-vrus, ma jfissru xejn,
Anqas naf kif f’daqqa waħda,
Ġie dal-ħsieb ma nafx minn fejn.

U hemm ftit umiljazzjoni,
U hemm ftit tal-verita’,
Hemm is-sewwa tal-istilel
Ftit ukoll t’umanita’.

Xbajt infittex invenzjoni,
Sabiex lilek nattirak
Xi kapitlu jonqos nikteb,
Jista’ dan jinteressak.

U jekk għandek tiġi ħdejja,
Ejja ddumx u la tinsinix,
Żmien qed titlef, din mhix ħajja
Hekk imdendel, tħallinix.

Alfred Grech
18/10/2016


No comments:

Post a Comment