Kemm Hu Sabiħ.
Kemm hu sabiħ li
jkollok il-jum kollu,
Biex tista’ ddur
u timraħ f’oqsma kbar,
Ta dan il-wileġ
fejn m’hemm xejn xi jżommok
Jew jimbuttak
biex terġa’ lura d-dar.
Mal-qtar
tax-xita, r-raxx tal-baħar mielaħ
F’għajnejja
l-beraq ta’ kull ħsieb spuntat,
Li jrid
jimmarkara u min fejn jagħaddi jqanqal
Sa minn għeruqu,s-sewwa
pprogrammat.
Kemm hu sabiħ
mingħajr appuntamenti
Il-ħajja saret
qisha teatrin
M’hemm ħadd iżomm
il-qlib tal-ilma ġieri
Nistħajjlek tgħidli:
qum! għax sar il-ħin.
Alfred Grech
31/01/2017
No comments:
Post a Comment