Monday, 29 April 2019


Related image

Aħjar il-Ħolm.

Aħjar il-ħolm bla ma tipprova  tbiddel
Dak li titfagħlek ma saqajk il-ħajja,
Aħjar kastelli tibni fuq ir-ramel
Milli b’idejk tipprova s-sema tilħaq
Għaliex is-sema jibqa’ hemm fejn qiegħed
U l-ħsibijiet bħal mewġ imorru u jiġu.
Int mingħalik li tista’ tkun l-imħabba
Iġġiegħele tagħmel dak li ma tridx tagħmel
Jew leħen li jsejjaħlek u trid tara
Minn fejn hu ġej. Hekk kienet u minn dejjem.
Int qbadt it-triq li qbadt għax b’fidi tajba,
Mingħajr ma taf fejn għad din tista’ twasslet,
Jekk hux fit tarf, jekk hux l-infern inkella
X’imkien ieħor, jew ġo deżert il-ħajja
Fejn ħadd u xejn ma jagħmel sens u tibqa’
F’dawk l-inħawi fejn għadu ħadd ma wasal.
Int tista’ tkompli tgħix ukoll misteru
Jien nibqa’ hawnhekk mistoħbi wara l-qamar.

Alfred Grech.
29/04/2019

Sunday, 28 April 2019


Related image

Hawn X’Ġejt Nagħmel?

Inċemplillek sabiex ngħidlek
li ġej għandek, dar ir-riħ.
U f’nofs triq nistaqsi nibda’
nerġax lura minnifiħ!

Imqar int xħin nasal għandek,
tistaqsini għalxiex ġejt,
U xħin tħares fiss f’għajnejja
mingħajr kliem il-baħħ imlejt.

Ġejt biex naħrab, ġejt biex ninsa’,
ġejt hawnhekk ma nafx għalxiex,
ġejt inġedded it-tifkira
u int malajr ħejjet il-friex.

Alfred Grech
28/04/2019



Related image
Insa’ ż-Żmien.

Insa’ ż-żmien u l-kalendarju,
kollox jerġa’ għal li kien,
toħlom tista’ jew titttewweb
milli tbiddel dak li kien.

Ibni torri fuq ir-ramel
jew inkella tir ’l-fuq,
jew ipprova b’idek tilħaq
sħab fis-sema hekk mitluq.

Għax is-sema fejn kien jibqa’
ma jinbidel ħadd u xejn,
bħal kull ħsieb li jiġi u jitlaq
tinkwetax, għax mhemmx għalfejn.

Hemm il-leħen f’sidrek jgħajjat
għax l-imħabba tagħmel bik.
Dak il-leħen trid tisimgħu
li jirbombja ġewwa fik.

Qed fit-triq tar-rieda t-tajba,
iżda tasal ma tarfx fejn
tibqa’ ħajjtek kollha tfittex
u ma tafx jekk ġejtx għalxejn!

Jekk għad titlaq u ssib ruħek
ġo deżert riġlejk fis-sod,
lejn ix-xefaq, lilhinn minnhu
ibqa’ ħares fiss il-bogħod.

Hemm xtajtiet bil baħar tagħom
hemm bibien mingħajr muftieħ.
Ejja ħdejja għax jien nistiednek
f’din l-oasi tal-mistrieħ.

Alfred Grech
27/04/2019.



Friday, 26 April 2019




Jekk Toqgħod Hawn Tkellimni.

Jekk toqgħod hawn tkellimni,
Jien għandi nmejn nirxoxta
U nrabbi l-gwienaħ.

Jekk toqgħod hawn bi kwietek
Jien nibda nirrifletti
Liema rieħa fiha l-ħajja.

Jekk toqgħod hawn tismagħni
Tkun ferm sorpriża kemm hu ħafif
Li titlef ħajjtek inkella kemm hu tqil
Li tibda’ tgħixha.

Jekk tibqa’ tiflini sew issib li rġajt
Bexkilt il-karti u ma kull daqqa t’għajn
Id-dmugħ jinbidel f’għasel.

Jekk tġi  hawn bla ħwejjeġ
Insir naf min int tassew
U nibda nħares lejk,
Bħalma nħares ġewwa l-mera.

Alfred Grech
26/04/2019

Wednesday, 24 April 2019


Related image

Kaxxa Tad-Daqq.

Jekk trid tfittex f’kull misteru
U tiskopri minnufih,
Dak li hemm mistur fil-moħbi
Xi jkun dak li jaqa’ r-riħ,

Fit-tifkira tal-imgħoddi,
Hemm is-susa tad-destin,
Bqajt marbuta ma li ġralek,
Tlift il-fil ta’ fejn qiegħdin.

Ried ikun ir-raġel twajjeb
Illi ġabrek fit-telfien,
Iżd’għalkemm għamiltha miegħu
Bqajt m’għaraftx tassew min kien.

Għax inbdilt, ma bqajtx tingħaraf,
Irxuxtajt u qomt mill-ġdid,
Jew bdilt ħajjtek, ma bqajtx temmen
F’dak li jista’ jkun ta’ ġid.

Adalina xbejba sbejjħa
Qed tistenna l-jum sabiħ;
Bi tħejjija xtrat l-għamara
Xtrat senduq, b’dak li kien fiħ.

Kien fiħ libsa, kien fiħ kaxxa
Li ddoqq ħlejju u bla tlaqliq,
Dlonk ġabritha fis ġarritha,
Issuq rota, għal għonq it-triq.

U kif seta’ ħadd ibassar
Kemm hu kiefer id-destin?
Ħabta u sabta d-dinja waqfet
Spiċċa kollox dak il-ħin.

Ħadd ma riedha b’dik il-bixra,
Damet nieqsa xi sentejn,
l-għarus tagħha wkoll telaqha
kollox għab u ġie fix-xejn.

Dakinhar li xtrat il-kaxxa
Kaxxa mdaqqsa biex tindaqq
Kien hemm rabta misterjuża
Ma Giuseppe tabilħaqq.

Hi tassew li saret tħobbu
’Ma kif tgħix ma dax-xitan,
Li hu mimli bil-misteri
Moħbijin wara l-ħitan,

Ta’ dil-villa ssiġillata
Fejn hemmhekk ma jidħol ħadd?
U min kienet dik il-mara?
Ma jsemmieh isimha ħadd.

Ma kull rokna u kantuniera
Il-misteru ma jaqtgħux
Dellijiet ta’ żmien li għadda
Uċuħ fissi u ma jarawx.

U min kienet dik Susannah?
Min qatilha, għidli min?
X’hemm mistoħbi wara l-gideb
Li jirrenja ta’ kull ħin?

Sakemm fl-aħħar fil-quċċata
Ta’ dil-ġrajja x’hemm mistur
Dritt inkixef xħin il-kaxxa
Tajtha l-ħabel, bdiet iddur.

Ħadd u xejn mhu dak li jidher
Ftit tal-ħlewwa u ħafna nkwiet,
Tibqa’ ddoqq sa ma tispiċċa
Sa tintefa’ u jaqa’ s-skiet.

Alfred Grech
23/04/2019

Tuesday, 23 April 2019



Related image
Imnebbaħ Mill-Ilwien Ta’ Xi Qawsalla

Imnebb mill-ilwien ta’ xi qawsalla
Int tgħid li jista’ jkun perikoluż:
“Aħjar li mal-oħajn tkun fir-ringiela
Logob b’ħajjtek dan, u jista’ jkun riskjuż.”

Int għid li trid issib raġuni dejjem,
Jien ngħidlek trid raġuni: u dan għalxiex?
U tgħid li trid tarani bħal ħaddieħor,
U jien ma nafx inkun dak li miniex.

U kemm il-darba ngħidlek illi nħobbok.
Għalik dal-kliem aktarx ma jfisser xejn
U nibqa’ niġri wara s-sħab u l-friefet
U noħloq is-sabiħ u jkun għalxejn.

Alfred Grech
23/04/2019



Monday, 22 April 2019


Related image

Fejn Se Nsibu L-Ażil.

Fejn se nsibut l-ażil minn dil-burraxka
Minn dat-tħarbit, tifrik tal-kampanja tagħna
Ta’ bini tiela’ mingħajr rażan
Mhux biex biex jaqdi l-ħtiġiejiet tagħna l-Maltin
Iżda biex ikabbar il-ħażna ta’ min għandu bil-wisq aktar
Milli fih jiflaħ u fiħ jifġa’.
 Ħanqa ta’ ħmar dan tagħna li mhu ser tgħola mkien

Fejn se nsibuħ l-ażil minn din l-ipokresija
Ta’ min jiftaħar b’dal proġress
Fit-tidwir ta’ roti tal ġigġifogu
Fin-nefħa ta’ bużżieqa li ma tinfaqa’ qatt.

Fejn se nsibu ażil minn min
Jibbmbardjana ta’ kulljum bil-ħrejjef
Uli jbiddel il-kuluri u jagħmel dak li jrid
Għax hekk tiddetta l-etika tar-realpolitik?

Fejn se nsibuħ l-ażil minn dak il-ħtif feroċi
Ta’ nisa verġni, tat-tfal innoċenti 
Ta’ min m’ghandux għaxja ta’ lejla?

Intom Maltin li moħħkom biex tiddramatżżiaw
U tqajmu l-mejtin mill-qabar,
Ittennu l-miti u l-għanqbut tal-imgħoddi,
Meta ser tqumu min-nagħsa u tistembħu?

Alfred Grech
22/04/2019

Sunday, 21 April 2019

Related image


Mad-Dellijiet Imbikkma.

Mad-dellijijiet imbikkma ta musbieħ il-lejl
jitnadfu l-ħsibijiet fi sbieħ ta’ jum imdennes
fi tlugħ ix-xemx jitnikker bħal ħanfusa
 imtappan bi swied il-qalb
ta’ sħab ma jridx jitħarrek.

Kont għalija kolp ta biża’
kull meta jitla’ l-ajru;
bħal kewkba li fil-għodu lanqas tiddi;
bħal berqa ġejt biex tgħinnu nqum fuq tiegħi;
bħad-diwi tal-kuxxjenza tistaqsi x’kont qed nagħmel,
meta waħdi kont u intbaħt li sirt għarwien;
bħad-dell warajja ssus imqar jekk ngħaġġel,
naħarbek ma nistax għas sirt bħal anġlu,
twaqqafni f’nofs ta’ triq ġġibni bejn ħaltejn
ma nafx x’ser nagħmel.
Imqar f’dar riefnu li jonfoħ mid-deżert
insib il bnazzi

Alfred Grech
L-Għid il-Kbir
21/04/2019
Image result for shooting star
A Sandra.

Saro’ la tua stella cadente che brilli nel buio del tuo cuore
Saro’ l’eco della tuo coscienza che risponde negli angoli piu’ stretti.
Saro’ il fulmine che ti venga a svegliare
saro’ il vento che ti fa volare come le foglie
saro la tua ombra che ti segue ovunque
saro’ il tuo angelo che ti venga a cercare
e guardarti negl’occhi
per vedere quanto grande e’ l’infinito
come si puo’ catturare l’eternità  in un istante.

Alfred Grech
21-04-2019