Barrikati #
Barrikati u swar għoljin
issib
xħin tagħmel l-ewwel passi biex
tgħeleb
l-għanqbut u d-duħħan
tal-uragana
li jgħatti musbieħ il-lejl
li tkun qed tfittex.
Siparji sħaħ ta’ biża u
qtigħ il-qalb
ta’ dak li aħna
jiddiżorjentawna għal-kollox
u jgħattu x-xewqat ħielsa
ta’ qlub illum imwerwra.
Jekk tistaqsini hawnhekk x’qed
nagħmel
ma nafx inwieġeb,
għax bħalek ferħ ta’ ġenn
l-imħabba nisslet fiha,
fl-imħabba ma ssibx kenn.
Tgħid għad nimlew il bir bla
qiegħ
li sibna x’ħin tlifna
l-innoċenza?
Tgħid għad inħaddnek miegħi
u nkunu t-tnejn qalb waħda
u nibda nemmen fik
u nħares lejk
bħalkieku qed inħares ġewwa
mera?
Alfred Grech
16.04.2019
#B’apoloġija lil Rużar
Briffa l-awtur ta “Tfajla Toħlomx”
No comments:
Post a Comment