Lilna.
Lilna li għexna fil-ġonna
tal-Għeden
radmuna bil-bini
tal-progress u fgawna
bid-dħaħen tal-vetturi u
l-għabra tas-siment
faqqruna f’dak li naħsbu u
dak li ngħidu
mill-bombardament li ma
jaqtax
immirat biex jonġorna u
jġibuna
kollha naħsbu bl-istess moħħ
u ngħidu l-istess ħwejjeġ
ta’ sillabi misselfa biex
jidħlu fil-kxaxen
monotoni mfassla minn qabel.
Lilna li wasalna f’tarf ix-xifer
ta’ li nafu
jgħidulna li aħna nies
tal-qedem iffossilizzati
fl-oqbra tal-imgħoddi miftuħa
beraħ.
Alfred Grech
11/04/2019.
No comments:
Post a Comment