Usa Mill-Beraħ.
Usa mill-beraħ ta’ quddiemek
din is-sensazzjoni li ma
tgħarafx
bejn holm u dak li hu
tassew.
Imm’inti xortik tajba
għaliex b’difejk ċarratt
u għamilti iċ-ċikatriċi
li sfugrat wiċċ l-eternita,
għalkemm minn dawn l-inħawi
tidher xi ħaġa virtwali,
efimera bħan-nar li jaħraq
u ġġib fix-xejn l-aqwa ikoni
u monumenti ta’ tifkira.
Sakemm itemmu ż-żminijiet
u ngħidu li dak kien riħ
u issa kkalma.
Alfred Grech
18/04/2019,
No comments:
Post a Comment