Insa’ ż-Żmien.
Insa’ ż-żmien u
l-kalendarju,
kollox jerġa’ għal
li kien,
toħlom tista’ jew
titttewweb
milli tbiddel dak
li kien.
Ibni torri fuq
ir-ramel
jew inkella tir ’l-fuq,
jew ipprova b’idek
tilħaq
sħab fis-sema hekk
mitluq.
Għax is-sema fejn
kien jibqa’
ma jinbidel ħadd u
xejn,
bħal kull ħsieb li
jiġi u jitlaq
tinkwetax, għax
mhemmx għalfejn.
Hemm il-leħen f’sidrek
jgħajjat
għax l-imħabba
tagħmel bik.
Dak il-leħen trid
tisimgħu
li jirbombja ġewwa
fik.
Qed fit-triq
tar-rieda t-tajba,
iżda tasal ma tarfx
fejn
tibqa’ ħajjtek
kollha tfittex
u ma tafx jekk
ġejtx għalxejn!
Jekk għad titlaq u
ssib ruħek
ġo deżert riġlejk
fis-sod,
lejn ix-xefaq,
lilhinn minnhu
ibqa’ ħares fiss
il-bogħod.
Hemm xtajtiet bil
baħar tagħom
hemm bibien
mingħajr muftieħ.
Ejja ħdejja għax
jien nistiednek
f’din l-oasi
tal-mistrieħ.
Alfred Grech
27/04/2019.
No comments:
Post a Comment