Hawn X’Ġejt Nagħmel?
Inċemplillek
sabiex ngħidlek
li ġej
għandek, dar ir-riħ.
U f’nofs
triq nistaqsi nibda’
nerġax lura
minnifiħ!
Imqar int
xħin nasal għandek,
tistaqsini
għalxiex ġejt,
U xħin
tħares fiss f’għajnejja
mingħajr
kliem il-baħħ imlejt.
Ġejt biex
naħrab, ġejt biex ninsa’,
ġejt
hawnhekk ma nafx għalxiex,
ġejt
inġedded it-tifkira
u int malajr
ħejjet il-friex.
Alfred
Grech
28/04/2019
No comments:
Post a Comment