Jekk Toqgħod
Hawn Tkellimni.
Jekk
toqgħod hawn tkellimni,
Jien għandi nmejn nirxoxta
U nrabbi l-gwienaħ.
Jekk toqgħod hawn bi kwietek
Jien nibda nirrifletti
Liema rieħa fiha l-ħajja.
Jekk toqgħod hawn tismagħni
Tkun ferm sorpriża kemm hu ħafif
Li titlef ħajjtek inkella kemm hu tqil
Li tibda’ tgħixha.
Jekk tibqa’ tiflini sew issib li rġajt
Bexkilt il-karti u ma kull daqqa t’għajn
Id-dmugħ jinbidel f’għasel.
Jekk tġi hawn bla
ħwejjeġ
Insir naf min int tassew
U nibda nħares lejk,
Bħalma nħares ġewwa l-mera.
Alfred Grech
26/04/2019
No comments:
Post a Comment