Mad-Dellijiet
Imbikkma.
Mad-dellijijiet
imbikkma ta’ musbieħ
il-lejl
jitnadfu l-ħsibijiet fi sbieħ ta’ jum imdennes
fi tlugħ ix-xemx jitnikker bħal ħanfusa
imtappan bi swied
il-qalb
ta’ sħab ma jridx jitħarrek.
Kont għalija kolp ta biża’
kull meta jitla’ l-ajru;
bħal kewkba li fil-għodu lanqas tiddi;
bħal berqa ġejt biex tgħinnu nqum fuq tiegħi;
bħad-diwi tal-kuxxjenza tistaqsi x’kont qed nagħmel,
meta waħdi kont u intbaħt li sirt għarwien;
bħad-dell warajja ssus imqar jekk ngħaġġel,
naħarbek ma nistax għas sirt bħal anġlu,
twaqqafni f’nofs ta’ triq ġġibni bejn ħaltejn
ma nafx x’ser nagħmel.
Imqar f’dar riefnu li jonfoħ mid-deżert
insib il bnazzi
Alfred Grech
L-Għid il-Kbir
21/04/2019
No comments:
Post a Comment