Ħassejtni Sew.
Ħassejtni sew matul il-vjaġġ
Li qatt m’għażilt għalija.
Ħassejtni sew għax sibtni
fiħ
U bqajt ninġarr mal-bqija.
Għax kont bħal qoxra
ma-kurrent
U sibtni wkoll ġo nassa,
Kont qed ninġarr mingħajr ma
naf
Mitluf il-wens tal-massa.
Wasalna mbagħad sa tarf
l-irdum
Tispiċċa dis-sekwenza,
Ma ħafna oħrajn ma tbiegħdu
qatt
U ta’ ftit esperjenza.
Nistasqu wara dan x’ikun
U l-għan ta dit-tkaxkira
Mbagħad tassew ma jibqa’
xejn
U lanqas biss tifkira.
Alfred Grech
20/04/2019
No comments:
Post a Comment