Tumultus.
Tumultus il vulcan
li jrid ineħħi minn fuq
l-istonku
u jitfewwaq il-ħsara kollha
li jkun għamel
ma jkunx jaf fejn hu
l-invell
u jwitti kollox.
Mingħajr il-kuntrasti ta’
fuq l-istonku
it-terrimot ma jriegħedx
u tara li nibqgħu fejn
konna.
Int imxi r-ritmi tiegħek
biex tasal fejn trid tasal
imqar izzappap.
Dan hu l-pellegrinaġġ li
nagħmel jien
biex forsi nisma’ leħnek
f’din il kwareisma.
Alfred Grech
14/04/2019
No comments:
Post a Comment