Fejn Se Nsibu L-Ażil.
Fejn se nsibut l-ażil minn
dil-burraxka
Minn dat-tħarbit, tifrik tal-kampanja
tagħna
Ta’ bini tiela’ mingħajr
rażan
Mhux biex biex jaqdi
l-ħtiġiejiet tagħna l-Maltin
Iżda biex ikabbar il-ħażna
ta’ min għandu bil-wisq aktar
Milli fih jiflaħ u fiħ jifġa’.
Ħanqa ta’ ħmar dan tagħna li mhu ser tgħola mkien
Fejn se nsibuħ l-ażil minn
din l-ipokresija
Ta’ min jiftaħar b’dal
proġress
Fit-tidwir ta’ roti tal
ġigġifogu
Fin-nefħa ta’ bużżieqa li ma
tinfaqa’ qatt.
Fejn se nsibu ażil minn min
Jibbmbardjana ta’ kulljum
bil-ħrejjef
Uli jbiddel il-kuluri u
jagħmel dak li jrid
Għax hekk tiddetta l-etika
tar-realpolitik?
Fejn se nsibuħ l-ażil minn
dak il-ħtif feroċi
Ta’ nisa verġni, tat-tfal innoċenti
Ta’ min m’ghandux għaxja ta’
lejla?
Intom Maltin li moħħkom biex
tiddramatżżiaw
U tqajmu l-mejtin mill-qabar,
Ittennu l-miti u l-għanqbut
tal-imgħoddi,
Meta ser tqumu min-nagħsa u
tistembħu?
Alfred Grech
22/04/2019
No comments:
Post a Comment