Notre Dame De Paris.
Titfixkel xħin tinqabad
fil-qawwa tan-nirien
trid ma temminx dak li qed
tara.
Titkebbeb fl-ilużżjoni ta’
kuljum
u f’ħoġor l-aljenazzjoni.
Xħin jitfarrku l-ikoni
u dak li drajna bih
jinħass il-mejt tad-diżorjentazzjoni
u ngħidu x’waħda din
dan tarf iż-żmimijiet!
Iżda l-poplu inebrijat
jistenna l-miraklu
li jiġri ta’ kulljum.
Tibżax għad nibnu Ġerusalem
mill-ġdid
is-sumulakru tas-simulat.
Alfred Grech,
15/04/2019.
No comments:
Post a Comment