Mintix Ħlief Riħ?
Mintix tismagħni hawn qed
insejjaħlek?
Mintix tarani nfittxek mitt
mil bogħod?
Qalb dawn l-uċuħ mitlufa f’dan
il-misraħ
Qalb baħħ etern, deżert u
r-ruħ tirtogħod.
Mintix tarani hawn kemm
jiena fqajjar?
Mingħajrek ħsibt li mlejt
iż-żmien misluf.
Mintix tintebaħ kemm
it-tnejn nixxiebħu?
U ma nistx narak għax jien
mitluf?
Mintix taraħ is-sħab għaddej
minn fuqi?
U kull ma jmur interraq u
nixjieħ
Minflok ma tersaq qrib
titbiegħed aktar,
Sa nibda nemmen l’int mintix
ħlief riħ.
Alfred Grech.
02/04/2019.
No comments:
Post a Comment