Għax Emminna.
Kollox jimxi aktar bil-mod u jitkaxkar
Qabel ma tassew jitlaq.
Kollox jikirieħ qabel
ma jitfarrak.
Malajr isir bla siwi qabel
ma jseħħ
Imbagħad xħin tassew isir
il-ħin
Tistenbaħ malajr fil-frugħa
u tgħid li hi traġedja.
Kollox eħfef xħin tidraħ
U kollox jiċċara xħin issir
taf
Li l-istess kruha issawwar
l-istorja
U jista’ jkun li konna aħna
Li baxxejna t-tarka
Għax emminna
Li l-fejqan minn dan l-uġih
Hu li ma tħarisx
jew li nsibu skuża ġdida
Biex naħfru lilna nfusna
Alfred Grech
11/04/2019.
No comments:
Post a Comment