Ħassejtni Sew.
Hassejtni sew matul il vjaġġ
li m’għażiltx jiena,
sibt ruħi sew fid-deffa,
misjuq mill-bqija
għax kont qed niġri
mal-kurrent
u fejn kien qed isuqni
kont niġri mal-oħrajn u nsib
il wens tal-massa.
Jinħtieġ li nsib it-triq
tas-serħ u tal-fejqan
u din tkun waħda minnhom.
Iżda llum li ġejt fit-tarf
ta’ rdum
u ser tispiċċa dil kruċiera
mal-ħafna oħrajn ħenjin għax
qatt ma tbiegħdu
nintasab waħdi hawn fuq dan
is-sies
f’eżami tal kuxxjenza
nistaqsi lili nnifsi u
lir-riħ
ivenven mal-quċċata
kienetx mistħoqqa
dit-tkaxkira
jew il ħsejjes kollha li
tagħmel kull tfaqqiegha,
jew jekk hijiex din mixja
għalxejn
fis-sotterrana tal-inkoxxjenza.
Alfred Grech
13/03/2019
No comments:
Post a Comment