Chiron.
Tiġġerra
‘l-hawn u ‘l-hemm biex tfittex il-fejqan
Riċerkatur
inġenwu
Iżda jiġrilek bħat-tabib
Li ma jagħrafx ifejjaq lilu nnifsu.
Ma kien hemm xejn minn dan
Kien hemm il-baħħ ta’ wara l-kwinti
U xħin jinfetaħ is-siparju
Tistsaqsi trid mill-ġdid jekk huwiex dan
Li kont mibgħut biex tagħmel.
Issib li dak li ma jidhrix
Hu dak li jagħmel sens fil-ħajja.
Uġih divin hu dan imnissel mill-allat
Biex minn issa ‘l-quddiem
Tibda tifhem xi tfisser
Is-salvazzjoni.
U jekk waqajt trid terġa’ tqum, titfarfar
U jekk tinsab fid-dlam
Xejn għajr id-dawl divin ma jista’ jnebbħek
Biex tibqa’ sejjra linja waħda
Dil-karovana
Lil hinn minn dak li jidher.
Imbagħad xħin tintebaħ li mhemmx fejqan
Tirtira fis-smewwiet
Tinbidel f’kewkba.
Alfred Grech
28/03/2019
No comments:
Post a Comment