Kont Naf.
Kont naf fejn stajt kont
sejjer
qaluli r-riħ ivenven.
Kont naf għal xhiex kont
dieħel
kont naf għax hawn kont ġejt,
u għamad lanqas kelli
komplejt minn fejn ħallejt.
Kont naf fejn stajt kont
sejjer
fost beraq u tkarwit,
u lmaħtom fil-qawsalla
l-ilwien ta’ bidu ġdid.
Kont naf bil-preċipizzju
żurzieqa lejn l-abbiss
bid-drawwa li titrabba
li ġiet inkiss inkiss.
Alfred Grech.
20/03/2019
No comments:
Post a Comment