Friday, 1 March 2019




LXVII.

Jien nista’ naħseb biss x’kont int għalija,
U nibki ż-żmien mitluf, il-ħin li skada,
U nista’ għajnejja nagħlaq fil-mistħija,
Inkella bi tbissima naħseb f’għada.

Jien nista’ noqgħod nibki l-ġenn tal-bieraħ,
Inkella ma naħsibx għaliex nitfixkel
Fil-ħafna trufijiet jew fil-ħolm fieragħ
Li għada din xortija gad tinbidel.

Jien nista’ nieqaf hawn, għax hawn int ħdejja,
U nerġa’ f’moħħi mmur minn fejn ħallejna,
Inħassar il-ħażin li ġibt b’idejja,
U naqbdu t-triq li minna konna għaddejna.

Għalkemm l-imgħoddi tqil inġorru miegħi
Ser nibda ngħix illum, għax illum tiegħi.

Alfred Grech
18-01-2013

No comments:

Post a Comment