Lanqas Xejn ma Jkun Jimporta.
Jien naqra nkun idejk
Waqt li tmellisli,
U int tkun qisek perla
mwieżda mill-arzella.
Dan hu lingwaġġ ta’ min hu
kompliċi
Għax nasfu t-tnejn li aħna
li ġewwa fina
Inġorru nfern u ġenna.
Għalhekk irridu nibnu
Ħitan inevitabbli
Biex ninwadraw kexxun
Fejn ħadd ma jpffendina
Mingħajr ma nħarsu lura
Mingħajr il-ħtieġa ta x’interpretu
Biex nifhmu d-dinja.
Jista’ jkun ma ningħoġbux
Iżda lanqas xejn ma jkun
jimporta.
Alfred Grech
01/03/2019
No comments:
Post a Comment