Idus Martii
Tixgħel suffarina bħalma tixgħel l-imħabba
imbagħad tħaliħa taqbad sa tinħela.
U taħseb li qed tgħix id-dram bħalkieku fuq il-palk
xħin jinżel is-siparju issib li xejn minn dan.
Qed tgħix il-waqt u taħseb: din hi l-eternita’
xħin tasal fl-aħħar tieqaf
u tifhem li kien żball.
Alfred Grech
15/03/2019
No comments:
Post a Comment