Imbagħad
Jasdal il-Waqt.
Imbagħad jasal il-waqt
Li inti wkoll tibda tintebaħ
Li l-ħajja hi li hi,
Li hija ġirja twila li taqtagħlek nifsek
Bis-sensazzjonijiet u l-emozzjonijiet
U taf li l-ħin kollu tkun ilsir
Tal-ġibdiet u ta’ dak li jaħseb moħħok
U li trid tagħti wkoll is--setgħa
Lil min jista’ jagħmillek il-ħsara
U taf li ma jasalx.
Għax fl-aħħar mill-aħħar xi tkun trid inti?
Tkun trid li min jurik jew jgħidlek
Li int ewlieni u inti temmnu.
Imbagħad jiġri li tintebaħ inti wkoll
Li tista tħassar dak kollu li tkun għedt jew ktibt
Iżda ma tistax tħassar qatt
Dak li jixhdu dawk għajnejk.
Hemm idejn li jibqgħu miegħek
Fwejjaħ li ma jħallukx
Għajnejn jisirqu kollox
U ħemda li taqtagħlek nifsek.
.
Imbnagħad jgħidulek li tkun tlift il-boxxla
Jekk tmur tfittex fir-ramel tad-deżert
ix-xemx li qiegħda tibki
jew jekk tkun tara f’kollox
is-seħer tal-infinit.
Hemm tqanqiliet u ċaqliqiet ir-ruħ
Li m’għandhomx leħen
Għandhom biss taħbit il-qalb.
Alfred Grech
09/03/2019
No comments:
Post a Comment