L-Għanja Tal-Poeta.
Din hi l-għanja li qed tidwi
U tiffiltra minn kull xaqq
Qiegħda tidwi u tinstema
U tivvjaġġa bla tindaqq.
Ma kull mewġ ma kull
tqanqila
Mal-buffura jew mar- riħ
Kull ċaqliqa tan-natura
Tkun bħal sejjħa minnufiħ.
Din hi l-għanja li tixxokkja
Jew bħal balla fi skaroċċ,
Din hi diska qed tinbarax
Jew insult mitfugħ
bl-addoċċ.
Din hi xrara li tiħallat
Mal-ilwien tal-univers,
Dan hu dawl għal min hu
għami
Dan hu innu ftit divers.
Din hi sejjħa li titqanqal
Qalb l-iskart u t-terrapien,
Din hi l-għanja tal-poeta
Li trid timla’ kullimkien.
Alfred Grech
29/03/2019
No comments:
Post a Comment