Jien Qatt Ma Ridt Nitilqek.
Jien qatt ma ridt nitilqek,
ridt nibqa hawnhekk
inkaxkar saqajja fir-ramel
ta’ deżert
mingħajr konfini.
Iżd’int imbagħad ħażżist
it-truf
li jien ma kellix naqbeż.
Jien qatt ma ridt nitilqek,
waqqaft il-ħin u ħloqt
l-ispazju
u b’hekk stajt nislet
l-imnaddaf mill-imniġġes
u xtaqt li kull tifkira
tibqa’ għal dejjem.
Bħax-xeneġġjat il-ġrajja
tagħna
f’sensiela ta’ puntati
u t-tmiem ma jasal qatt.
Xħin tlaqt imbagħad intbaħt
li qed nistrieħ u qed
nistrieħ għal dejjem.
Alfred Grech
27/03/2019
No comments:
Post a Comment