Għad Tilħaq Twarrad.
Għad tilħaq twarrad
għalfejn dal-ħafna kliem
il-baħħ jaf jidwi l-ħsejjes
ta’ li trid tgħidli.
Lili tifhimni mill-bogħod
minn xifer l-irdum
li jista’ jbiddel il ferħ
man-niket
il-ħolm minn dak li tmiss
dak li tixtieq minn dak li
tassew jiġri
id-duħħan minn dak li
qiegħda tara
qabel ma dak li jtik xi ftit
tal-ferħ
isir vizzju.
Lili għad tifhimni xħin ma
nkunx ħdejk.
Alfred Grech
23.03.2019
No comments:
Post a Comment