Ixoqqok
il-Ħsieb.
Ixoqqok
il-ħsieb
U tidher trasparenti
Xħin toħroġ mid-desert
Tar- raqda mqallba u mbarazzanti
fid-dawl ta’ xi fanal jurik li l-art fil-qrib.
Lilhinn mix-xefaq mhemm xejn
Hemm biss il-baħħ
Tat-tamiet u tat-turmenti
Tistenna għalxejn.
Lilhinn mix-xefaq hi skuż’ oħra
Biex tegħeleb il-qtiegh il-qalb,
Id-dubbju u ssib l-aljenazzjoni.
Fis-skiet u fid-desolazzjoni
Tixtarr u tirrifletti
Kull pofezija li għamilt għalik innifsek
Iżda li qatt m’emmint
Inkella qatt ma sibt il-ħin
Tagħrbiha sewwa.
Kmieni jw tard issib
Li l-profeziji kollha jseħħu
U l-ġamar fil-fuklar
Hu biss ix-xhiedha tan-nar
Li darba ħeġġeġ.
Alfred Grech
22/03/2019
No comments:
Post a Comment