Inti l-Għamla li Trid Tibqa’
Ħares ftit minn wara dahari
u għidli ftit kemm għadda
żmien.
Dan hu żmien li ġibt int
miegħek
dan hu żmien mirbuħ mill
ġdid,
dan hu żmien fejn bdejt
inħares
b’lenti ġdida
u stennejt is-seħer ġej.
Ħares ftit lejn din
il-għodwa
bdiet timmarka staġun ieħor,
Dan hu żmien fejn nista’ noqħhod
nikkuntempla xefaq ġdid.
Ħares ftit imbagaħad
tintebaħ
mhemmx għafejn tagħlaq
għajnejk
Inti ġnien mizgħud bil-fjuri
din ir-ruħ ta’ kull xħin
jisbaħ
din il-leħħa ta’ kull berqa
illi tiżloq minn għajnejk.
Inti l-għamla li trid tibqa’
mqar xħin jgħaddi kollu ż-mien.
Alfred Grech
05.03.2019
No comments:
Post a Comment