Sunday, 24 March 2019




Dwejra

Jista’ jkun li fil bogħod ta’ ġewwa fik
hemm sotterran li ma jifidx
inżul ix-xemx fejn is-siparju
jingħalaq maċ-ċpar ta’ ħafna kliem,
diskors fil vojt u storbju,
fis-sħab illumnat ta’ raġġi fulminanti.

Jista’ jkun hemm fis-seħer ta’ xtut imbegħeda
baħar sieket bħall-oqbra li fihom hemm midfuna
ir-rikkezzi ta’ tqanqiliet u nostalġiji
inkella għadajjar żgħar ta’ ilma mielaħ
li jispiċċw salini jistennew it-tieni miġja.

Misterjuż dan l-għana
inkantata u nkantevoli
ta’ mewġ il baħar mieles
ibus ix-xtajta siekta.

Alfred Grech
24.03.2019

                                                                

No comments:

Post a Comment