Biddllha
Dis-Sentenza.
Biddlilha dis-sentenza
U ħassar dak li ktibt,
Din għada fl-aqwa tagħha
Zgur bħala ftit qatt sibt.
Aħfrilha dil-kundanna
Għax żgur li għadu ż-żmien,
Biex tiġi ħdejk u tħalli
Min jibki kullimkien.
Telgħetha bħal ħaddeħor
Biex tfittex ftit tas-serħ
It-telgħa tal-kalvarju
Fid-dwejjaq u fil-ferħ.
U bħal ħaddieħor emmnet
Fit-tajjeb u fir-risq
Li jixraq lil kull wieħed
Biex hi gawdiet ftit wisq.
U bħal ħaddieħor talbet
Dal-kalċi tal-imrar
Jekk jista’ jkun neħħilha,
Imqar jekk il-ħin sar.
Għax tħalli ser warajha
Baħħ kbir ma jimteliex
Biddlilha dis-sentenza
Destin li ma ħaqqhiex.
Alfred Grech
27/03/2019
No comments:
Post a Comment