Fuq Liema Naħħa?
Jekk tibqa’
twebbes rasek mank titwemmen,
Jekk terġa’ tiġi
lura tkun maħfur.
Jekk tgħid li int
muġugħ nibdew ninfiehmu
Inkella l-ħajt li
tela jkun daqs sur.
Int taf li f’tarf
it-triq hemm preċipizzju
U taf li għad
trid tagħti rendikont,
fil ħaqq
universali mbagħad trid tara
jekk inti
għaddejt fuq liema naħħa kont.
02.03.2019
No comments:
Post a Comment